Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Għeżież qarrejja,

Ninsab kburi li niftaħ is-Sena l-Ġdida billi lilkom kollha madwar l-Ewropa nwasslilkom il-KESE Info l-ġdid tagħna, kompletament diġitali, b’23 lingwa! Se tkun tista’ taqrah fuq l-ismartphone, it-tablet, il-laptop jew mill-kompjuter fl-uffiċċju. Dan hu dak li nsejħu midja moderna! B’kuntrast max-xejra "lingwa waħda għal kulħadd” prevalenti fuq il-web, madankollu, ser tkun tista’ taqrah fil-lingwa tal-għażla tiegħek.

Dati tad-Djarju

02/02/2018 Brussell
Smigħ pubbliku dwar il-kontribut tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali għall-integrazzjoni tal-migranti
08/02/2018 Ruma, l-Italja
Smigħ pubbliku dwar l-effikaċja tal-politiki tal-UE għall-SMEs
13/02/2018 - 15/02/2018 Brussell
is-sessjoni plenarja tal-KESE

Fil-qosor

Il-futur jinsab fl-ekonomija tal-valuri

2nd Open Eyes Economy Summit in Krakow

Is-summit 2nd Open Eyes Economy fi Krakovja fl-14 u l-15 ta’ Novembru ħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha biex jiddiskutu u jagħmlu rieżami tal-prattiki ekonomiċi u l-mentalitajiet sabiex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u futuri u biex tiġi ggarantita s-sostenibbiltà.

 

 

Is-soċjetà ċivili titlob biex tkun minn ta’ quddiem fit-tfassil tal-ġejjieni tal-Ewropa

B’reazzjoni għaż-żieda fl-inugwaljanza, il-ħolqien tal-fiduċja u l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta għal kulħadd għandhom ikunu prijorità ewlenija ta’ kwalunkwe strateġija futura għall-Ewropa. Is-soċjetà ċivili temmen li għandha tkun involuta fit-tfassil, fil-governanza u fl-implimentazzjoni ta’ tali strateġija fit-tul. Dan kien il-messaġġ ewlieni ta’ avveniment ewlieni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-KESE, konferenza intitolata It-tranżizzjoni għall-Ewropa ta’ wara l-2020 organizzata f’Budapest fis-27 u t-28 ta’ Novembru.

Il-membru tal-KESE Catelijne Muller tiddefendi l-approċċ “human-in-command” għall-AI fil-Web Summit ta’ Liżbona

X’jiġri jekk l-algoritmi dalwaqt ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk xi ħadd jista’ jieħu self, ipoteka, polza tal-assigurazzjoni tas-saħħa, impjieg – jew saħansitra trapjant tal-qalb? Sintendi, trid tkun ċert li d-data li fuqha algoritmu jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu tkun sikura, kompluta, newtrali u ma tistax tiġi ħakkjata?

L-investiment fl-agrikoltura u fit-taħriġ dwar l-ikel jista’ jgħin biex jissawwar il-futur tal-iżvilupp tal-Mediterran

Fis-16 ta’ Novembru, il-Bureau tas-Sezzjoni Speċjalizzata tal-KESE għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (NAT) organizza espedizzjoni fl-Istitut Agronomiku Mediterran taċ-CIHEAM f’Zaragoza (IAMZ) u fil-kooperattivi agrikoli lokali, f’Aragona, Spanja. 

 

“Unità”: il-koppla diġitali tal-Estonja fil-KESE

Matul ix-xahar ta’ Diċembru 2017, fil-pjan terran tas-sede tal-KESE nbniet installazzjoni blu b’koppla msejħa “Unità”. Il-viżitaturi li daħlu f’dan l-ispazju magħluq kellhom l-opportunità jesploraw u jgawdu xeni u pajsaġġi minn għadd ta’ pajjiżi tal-UE – l-Estonja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja u s-Slovakkja – li kienu proġettati fuq il-koppla minn iżjed minn tnax-il vidjokamera biex jipproduċu immaġni waħda ta’ 360°. L-installazzjoni, li għandha l-għan li toħroġ fid-dieher l-iżvilupp diġitali u l-viżjoni progressiva tal-Estonja, kienet tagħmel parti mill-avvenimenti organizzati mill-KESE fil-qafas tal-Presidenza Estonjana.(ck)

Pubblikazzjonijiet Ġodda

Il-KESE jiddeskrivi l-kontribut tiegħu għall-Presidenza Bulgara

Il-KESE ppubblika fuljett li jagħti dettalji dwar il-prijoritajiet tiegħu matul il-Presidenza Bulgara tal-UE. Dan il-fuljett jista’ jitniżżel minn hawn: (here)

Aħbarijiet tal-KESE

Il-Premju għas-Soċjetà Ċivili Ewropea jippremja l-intraprenditorija ġenwina u l-promoturi ta’ impjieg ta’ kwalità

Inizjattivi mill-Ġermanja, il-Greċja, il-Belġju, l-Italja u Spanja jiġu ppremjati l-Premju għas-Soċjetà Ċivili.

Il-proġett Ġermaniż Discovering hands, li jħarreġ lil nisa għomja jew b’diżabilità viżwali biex jużaw is-sens tal-mess superjuri tagħhom biex itejbu d-detezzjoni bikrija tal-kanċer tas-sider, ġie ppremjat EUR 14 000. L-erba’ inizjattivi l-oħra mill-Greċja, il-Belġju, l-Italja u Spanja ngħataw EUR 9 000 kull waħda.

Il-politika u s-soċjetà għandhom responsabbiltà kondiviża għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ

Minkejja għadd ta’ inizjattivi ta’ kwalità għolja, mhux qed isir biżżejjed biex jipprevjenu liż-żgħażagħ milli iċedu għall-attrazzjoni tal-estremiżmu vjolenti, jgħid il-KESE

L-UE teħtieġ politika alimentari komprensiva

Il-qafas attwali tal-UE mhuwiex biżżejjed għal tranżizzjoni għal sistemi alimentari aktar sostenibbli. Politika alimentari komprensiva hija meħtieġa b’mod urġenti sabiex tittejjeb il-koerenza bejn l-oqsma ta’ politika relatati mal-ikel, jiġi restawrat il-valur tal-ikel u tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

Il-kooperazzjoni dwar id-difiża fl-UE kollha hija essenzjali għas-sigurtà tal-Ewropej

Il-KESE jinkoraġġixxi kooperazzjoni akbar bejn l-Istati Membri tal-UE f’dak li jirrigwarda d-difiża u jappoġġja t-tnedija tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP) u l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) bħala xprunaturi importanti mhux biss tal-ekonomija, iżda wkoll tal-integrazzjoni Ewropea.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-pakkett il-ġdid dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, li kienet is-suġġett ta’ Opinjoni tal-KESE, fiha l-ewwel miżura leġislattiva tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Tinkludi liv tal-paternità ta’ mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qrib it-twelid tat-tarbija, liv tal-ġenituri mhux trasferibbli ta’ erba’ xhur u liv tal-persuni li jindukraw ta’ ħamest ijiem fis-sena għal ħaddiema li jieħdu ħsieb qraba morda jew dipendenti.

L-Istati Membri għandhom jirregolaw il-forom ġodda ta’ impjieg

Id-diġitalizzazzjoni rriżultat f’bidliet sinifikanti fis-suq tax-xogħol, u l-ħaddiema impjegati f’forom ġodda ta’ impjieg ta’ spiss huma esklużi mis-sigurtà soċjali. F’opinjoni adottata fis-Sessjoni Plenarja ta’ Diċembru, il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirregolaw il-forom ġodda ta’ xogħol u jiżguraw li dawn il-“ħaddiema ġodda” jkun jista’ jkollhom aċċess għal pensjonijiet, kura tas-saħħa u sistemi kontra il-qgħad.

Il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jgħixu fl-unità domestika fejn jaħdmu jiffaċċjaw kundizzjonijiet prekarji,minkejja n-nuqqas ta’ ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa

Il-KESE jaġixxi fil-livell lokali biex jikseb għarfien dirett dwar is-settur Ewropew tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jgħixu fl-unità domestika fejn jaħdmu /strong>

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC) organizza l-ewwel laqgħa fis-sensiela tal-laqgħat tiegħu “going local” dwar il-futur tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa li jgħixu fl-unità domestika fejn jaħdmu li saret f’Londra fid-29 ta’ Novembru, fi sforz biex jagħmel riċerka dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji ta’ dawn il-ħaddiema.

L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli għandhom jiggwidaw l-aġenda kummerċjali futura tal-UE

Peel - Quarez

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-Opinjoni tiegħu dwar Ir-rwol ewlieni tal-kummerċ u l-investiment għat-tilħiq u l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) fis-sessjoni plenarja tiegħu f’Diċembru (relatur: Jonathan Peel (Min Iħaddem, UK); korelatur: Christophe Quarez (Ħaddiema, FR)).

Is-soċjetà ċivili titlob għal aktar drittijiet soċjoekonomiċi b’saħħithom fil-Mediterran

Aktar minn 100 rappreżentant tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi membri tal-Unjoni għall-Mediterran iltaqgħu fit-13 u l-14 ta’ Diċembru f’Madrid biex jiddiskutu l-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun. Is-Summit tal-Euromed tal-2017 tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili ffoka fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, il-protezzjoni soċjali u ġenerazzjoni ġdida tad-drittijiet tan-nisa fir-reġjun tal-Mediterran.

Il-Presidenza Bulgara tal-UE: sfida u opportunità

Image

Il-Presidenza Bulgara tal-UE: sfida u opportunità

minn Dilyana Slavova, President tas-Sezzjoni REX

Il-Bulgarija ser tieħu r-riedni tal-Presidenza tal-UE f’idejha għall-ewwel darba f’mument diffiċli għall-Ewropa. Dan il-kompitu se jkun test importanti tal-kapaċità politika, amministrattiva u diplomatika tagħha. Il-Bulgarija qed tieħu approċċ responsabbli ħafna għall-ewwel presidenza tagħha u hija konxja mill-fatt li d-deċiżjonijiet tagħha se jkunu kritiċi għall-futur tal-Ewropa. Hija ser tfittex li tilħaq il-bilanċ it-tajjeb u tinkoraġġixxi kunsens ġenerali dwar kwistjonijiet ta’ prijorità. Il-Bulgarija qed tieħu approċċ realistiku u prammatiku għall-Presidenza tagħha. L-għan tagħha huwa li tiżviluppa pjan ta’ azzjoni ma’ kull pajjiż li jistabbilixxi passi tanġibbli iżda ma joħloqx aspettattivi mhux realistiċi.

Il-Pjattaforma għall-Bidla tal-UE tnediet fil-KESE

Il-President tal-KESE Georges Dassis u l-Kummissarju Ewropew għat-Trasport, Violeta Bulc, nedew uffiċjalment il-Pjattaforma tal-UE għall-Bidla waqt konferenza ta’ importanza fil-KESE fi Brussell fis-27 ta’ Novembru. Il-Pjattaforma għandha l-għan li żżid l-impjieg u l-opportunitajiet indaqs tan-nisa fis-settur tat-trasport.

Pjattaforma tal-UE għall-Inklużjoni tar-Rom

Fis-27 u t-28 ta’ Novembru 2017, il-KESE ospita l-11-il Pjattaforma Ewropea għall-Inklużjoni tar-Rom, organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u li ffukat fuq it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ Rom mill-edukazzjoni għall-impjieg .

X’post hemm għall-kultura fil-ġejjieni tal-Ewropa? Iż-żgħażagħ Ewropej se jagħtu fehmithom lil Brussell

Tlieta u tletin skola< minn madwar l-Ewropa ser jiġu Brussell f’Marzu li ġej u jgħidu lill-istituzzjonijiet Ewropej eżattament ir-rwol li jqisu li l-kultura se taqdi fil-ġejjieni tal-Ewropa. Huma ser jiskambjaw ideat, jiddibattu u jivvotaw dwar tliet proposti li l-istituzzjonijiet Ewropej ser jikkunsidraw fit-tfassil ta’ politika tagħhom.

Seminar tal-KESE jindirizza r-rwol tas-soċjetà ċivili tal-UE f'dinja ta' komunikazzjoni globalizzata

L-UE f’dinja ta’ komunikazzjoni globalizzata kienet it-tema tal-11-il Seminar tas-Soċjetà Ċivili dwar il-Midja, li sar f’Madrid fl-24 u l-25 ta’ Novembru .

Il-globalizzazzjoni tinfirex f’kull qasam, l-istess bħall-komunikazzjoni. Fil-fatt, il-globalizzazzjoni hija xprunata mill-komunikazzjoni u mit-teknoloġiji tal-komunikazzjoni. L-internazzjonalizzazzjoni tal-midja, suq tal-midja globali ddominat minn għadd żgħir ta’ ċentri enormi ta’ netwerking tat-teknoloġija, l-informatika u t-telekomunikazzjonijiet (TNC - technology, computing, and telecommunications), l-użu tal-algoritmi u l-midja soċjali qalbu d-dinja ta’ taħt fuq.

Il-prijoritajiet tal-KESE għall-2018 iqiegħdu liċ-ċittadini Ewropej fiċ-ċentru tal-ġejjieni tal-Ewropa

Fit-13-14 ta’ Novembru 2017, il-Bureau tal-KESE il-Bureau tal-KESE – il-korp politiku ta’ tmexxija tal-Kumitat iltaqa’ f’Sophia, il-Bulgaria, fejn stabbilixxa l-prijoritajiet politiċi tal-KESE għall-2018. Dawn il-prijoritajiet se jikkostitwixxu l-bażi għall-opinjonijiet fuq inizjattiva proprja li se jiġu adottati mill-KESE fl-2018, minbarra dawk imfassla bħala tweġiba għal talbiet speċifiċi mill-leġislaturi tal-UE.

Aħbarijiet mill-Gruppi

Il-Grupp ta' Interessi Varji tal-KESE jiddiskuti ideat dwar "Manifest Ewropew tal-Professjonisti"

Il-Grupp ta’ Interessi Varji tal-KESE ppreżenta uffiċjalment il-pjan għal “Manifest Ewropew tal-Professjonisti” waqt konferenza bit-titolu "Il-professjonijiet liberi, xprun għall-iżvilupp tal-Ewropa: lejn Manifest Ewropew tal-Professjonisti" organizzata fil-Campidoglio f’Ruma fl-1 ta’ Diċembru 2017, f’kooperazzjoni mal-Comitato Unitario Permanente degli Ordini e Collegi Professionali (kumitat permanenti konġunt ta’ assoċjazzjonijiet u korpi ta’ professjonali).

Impjegaturi qed jiddiskutu l-kummerċ mal-Kummissarju Malmström

L-impjegaturi jemmnu li l-komunità kummerċjali għandha rwol kruċjali x’taqdi fit-tixrid ta’ messaġġ pożittiv dwar il-kummerċ u f’li jispjegaw x’tista’ tagħmel u tikseb politika kummerċjali ambizzjuża. Huwa n-negozju li jista’ jirrakkonta l-istorja tal-benefiċċji prattiċi li jirriżultaw minn ftehimiet kummerċjali. Dan kien il-messaġġ prinċipali li l-membri tal-Grupp ta’ Min Iħaddem wasslu lil Cecilia Malmström, il-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ, waqt il-laqgħa tas-6 ta’ Diċembru 2017.

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali – X’imiss? mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Grupp tal-Ħaddiema qed jaħdem b’mod konsistenti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Opinjonijiet tal-KESE li ġew adottati dan l-aħħar mill-membri tal-Grupp tal-Ħaddiema joffru proposti konkreti biex jitmexxa ’l quddiem il-proċess tal-bini ta’ Ewropa soċjali fil-kuntest tal-Pilastru.