Il-fehma tal-organizzazzjonijiet lokali - it-2 episodju: L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej kienet strument tad-demokrazija?

Hekk kif qed niċċelebraw l-10 anniversarju tat-Trattat ta’ Lisbona, se niddibattu l-mistoqsija: L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej kienet suċċess demokratiku? Magħna għandna lil Pablo Sanchez, wieħed mir-rebbieħa tal-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess Right2Water; il-membru tal-KESEAntonio Longo, biex jispjega x’għamel il-KESE matul is-snin biex l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issir aktar sempliċi u aktar trasparenti, u l-Professur Alberto Alemanno, biex jenfasizza l-punti ta’ xkiel tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u jipproponi bidla radikali fil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-UE. (dm)

Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Għeżież qarrejja,

Falliment enormi. Is-COP25 tilef opportunità importanti biex iressaq il-ġabra tar-regoli għall-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet – filwaqt li wera determinazzjoni medjokri fir-rigward tal-migrazzjoni, l-adattament u l-finanzi biex tiġi indirizzata l-kriżi klimatika.

In-negozjati f’Madrid kienu mistennija jibagħtu sinjal ċar li l-gvernijiet kienu lesti jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw l-emerġenza klimatika. Madankollu, minkejja l-allarm li ġej min-naħa tax-xjenza u l-istrajks ta’ kull ġimgħa minn miljuni ta’ żgħażagħ madwar id-dinja, emittenti ewlenin tal-gassijiet serra mblukkaw il-progress fit-taħdidiet tan-NU.

Il-vuċijiet tat-tfal tagħna, li appellaw għal azzjoni klimatika urġenti, ma ngħatawx widen. Id-diżappunt huwa kbir, iżda m’għandniex naqtgħu qalbna: l-Ewropa għandha tkun mexxejja u minn ta’ quddiem nett f’dak li jirrigwarda l-azzjoni klimatika u l-iżvilupp sostenibbli.

Fil-qosor

Il-Presidenza Kroata tal-UE: il-bidu ta’ ħafna aspetti ġodda u wegħda li l-Ewropa ssir aktar b’saħħitha

Fl-1 ta’ Jannar 2020, il-Kroazja ser tieħu f’idejha r-riedni tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba minn meta ngħaqdet mal-UE fl-2013.

Id-debutt tal-Kroazja fix-xena Ewropea wasal fi żmien li ftit li xejn jista’ jkun aktar eċitanti.

Mhux biss jikkoinċidi mal-bidu taċ-ċiklu istituzzjonali l-ġdid tal-UE u l-bidu tal-Kummissjoni l-ġdida mmexxija minn Ursula von der Leyen, iżda l-pajjiż ser ikun ukoll fit-tmun tal-UE matul l-aħħar stadju tal-Brexit, fejn ir-Renju Unit huwa mistenni jħalli l-Unjoni fi tmiem l-ewwel 30 jum tal-Presidenza Kroata.

“Au Revoir, u mhux Adieu”

Intervista ma’ Jane Morrice

Membru tal-Grupp Diversità Ewropa mir-Renju Unit, eksġurnalista u membru tal-KESE 2006-2020

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2020 – il-KESE ser jospita summit taż-żgħażagħ dwar il-klima

Studenti minn 33 skola madwar l-Ewropa kollha se jiltaqgħu fi Brussell fid-19 u l-20 ta’ Marzu 2020 biex jieħdu sehem f’edizzjoni ġdida ta’ “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!”, l-avveniment ewlieni tal-KESE għaż-żgħażagħ. Did-darba, l-avveniment se jsegwi l-mudell ta’ Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP).

Il-KESE jinsab fuq Instagram!

Iddeċidejna li noffru liż-żgħażagħ li jużaw l-Instagram iċ-ċans li jaraw il-KESE minn angolu differenti. Nagħtukom stejjer “minn wara l-kwinti” tal-membri tagħna, il-ħolm u l-passjoni tagħhom u l-ħidma tagħna.

Segwi lil @eu_civil society għal ħarsa #InsideEESC!

www.eesc.europa.eu/instagram/

Aħbarijiet tal-KESE

Andrew Caruana Galizia: "Hemm bżonn naħdmu flimkien biex niżguraw li jitħarsu l-valuri Ewropej"

Iben il-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia, li nqatlet fl-2017, waqt li kienet qed tirrapporta dwar il-korruzzjoni tal-gvern, indirizza s-sessjoni plenarja ta’ Diċembru tal-KESE u qal li mekkaniżmu Ewropew għall-monitoraġġ tal-istat tad-dritt jista’ jgħin biex jiddefendi l-ġurnaliżmu minn kull forma ta’ pressjoni.

Luca Jahier: “Il-futur tal-Afrika huwa l-futur tal-Ewropa”

Il-KESE ospita dibattitu dwar il-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp waqt is-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Diċembru, fejn enfasizza li huwa essenzjali li jitjiebu r-relazzjonijiet bejn is-soċjetà ċivili tal-UE u tal-Afrika sabiex isir progress minn għajnuna għal żvilupp għal sħubija.

 

Neħtieġu strateġija tal-UE dwar l-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli

Il-KESE jappella għal politiki tal-akkomodazzjoni tal-UE aktar robusti u, waqt konferenza pubblika li saret fi Brussell fl-4 ta’ Diċembru 2019, talab lill-UE tadotta miżuri komuni urġenti f’dan il-qasam. Il-periklu reali ta’ spejjeż eċċessivi għall-akkomodazzjoni m’għadux jaffettwa biss lil dawk l-aktar żvantaġġati, iżda wkoll lil parti dejjem akbar tal-bqija tal-popolazzjoni. Għalhekk, il-politiki tal-akkomodazzjoni fil-livell Ewropew m’għandhomx ikunu ristretti biex jassistu individwi vulnerabbli u persuni fil-bżonn, iżda jridu jiġu estiżi bil-għan li jiġu provduti djar affordabbli għall-Ewropej kollha.

Il-KESE huwa mħasseb dwar l-eżitu tal-COP25

Bħal fis-snin preċedenti, il-KESE attenda l-COP25, il-Konferenza annwali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, li din is-sena saret f’Madrid, Spanja, u ntemmet fil-15 ta’ Diċembru 2019. Sfortunatament, il-pajjiżi ma rnexxielhomx jaqblu dwar ħafna mill-eżiti mistennija, inklużi regoli għat-twaqqif ta’ skema ta’ skambju globali tal-karbonju u sistema biex jiġu mmirati l-finanzi ġodda lejn pajjiżi milquta mit-tibdil fil-klima.

Żvilupp sostenibbli: Il-KESE jipproponi miżuri biex tingħata spinta lill-kontribuzzjoni tas-settur privat

Il-Kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs) teħtieġ aktar minn impenn politiku. Żieda fl-investiment, speċjalment mis-settur privat, hija meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali attwali.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem biex l-istrateġija l-ġdida għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità tkun ħafna iktar ambizzjuża

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta opinjoni fuq inizjattiva proprja fejn jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar l-Aġenda Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità għad-deċennju li ġej. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tadottahom meta tfassal strateġija li żgur se tolqot ħajjet ’il fuq minn mitt miljun persuna b’diżabilità li jgħixu fl-Ewropa.

Id-diġitalizzazzjoni – sfida ewlenija għall-SMEs fir-reġjun tal-Mediterran

F’rapport ta’ informazzjoni adottat fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Diċembru, il-KESE enfasizza l-ħtieġa li tiġi appoġġjata t-trasformazzjoni diġitali tal-SMEs b’miżuri adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ tipi differenti ta’ kumpaniji.

L-ekonomija soċjali tista’ tkun il-mudell ekonomiku biex jiġu indirizzati l-kriżi klimatika u l-kriżi soċjali

Dan kien il-messaġġ indirizzat lill-istituzzjonijiet Ewropej tal-atturi tal-ekonomija soċjali, li ltaqgħu fi Strasburgu – Il-Belt Ewropea tal-ekonomija soċjali tal-2019, għar-4 Jum Ewropew tal-Intrapriżi tal-Ekonomija Soċjali, hekk kif il-Parlament Ewropew approva t-tim il-ġdid ta’ Ursula von der Leyen.

Wasal iż-żmien li nsaħħu l-liġi kriminali ambjentali

Il-KESE jemmen li d-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali għandha tiġi implimentata b’mod aktar effettiv sabiex tiġi żgurata l-aħjar protezzjoni ambjentali possibbli fl-UE. Ir-raġuni l-aktar importanti wara l-adozzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali (ECD) fl-2008 kienet li jiġu żgurati pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Marka Ewropea b’saħħitha ta’ prodotti u servizzi għat-tisħiħ tal-kompetittività Ewropea

Skont il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), fis-snin li ġejjin se naraw prospetti u sfidi ġodda għall-prodotti u s-servizzi Ewropej. Il-KESE jgħid li l-provvista ta’ prodotti u servizzi innovattivi u speċjalizzati ħafna b’karatteristiċi ewlenin iċċertifikati u rikonoxxuti sew tista’ tagħti spinta lill-kompetittività Ewropea.

Aħbarijiet mill-Gruppi

Il-futur tal-Ewropa: l-isfidi li ġejjin

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

L-isfidi tal-futur b’rabta mal-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima, il-Brexit u kwistjonijiet oħra kienu s-suġġett tas-seminar dwar Il-Futur tal-Ewropa – l-isfidi li ġejjn, li sar f’Malta fit-3 ta’ Diċembru. Il-konferenza kienet organizzata mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija ta’ Malta.

It-twettiq tal-Pilastru Soċjali: Standards minimi għall-assigurazzjoni tal-qgħad

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Fil-futur qarib se jkun hemm riperkussjonijiet maġġuri fuq is-swieq tax-xogħol Ewropej, b’mod partikolari b’riżultat tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, globalizzata u diġitali. Ir-rispons Ewropew jista’ jinkludi standards minimi għal skemi nazzjonali tal-assigurazzjoni tal-qgħad, li jistgħu jkunu għodda effettiva u prammatika biex tinkiseb konverġenza soċjali fl-UE. Il-qofol ta’ din il-proposta jinvolvi li jiġi żgurat appoġġ finanzjarju adegwat, flimkien ma’ perjodu ta’ intitolament suffiċjenti għall-akbar għadd ta’ ħaddiema possibbli fl-UE.

Il-Grupp Diversità Ewropa jiddiskuti l-Aġenda għall-Ewropa: lejn l-2025

Mill-Grupp tal-KESE Diversità Ewropa

Fis-6 ta’ Diċembru 2019, il-Grupp Diversità Ewropa kellu dibattitu tematiku ma’ kelliema ta’ livell għoli mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-suġġett Aġenda għall Ewropa: lejn l-2025. Peress li l-mandat tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida beda fl-1 ta’ Diċembru, l-avveniment kien opportunità għal analiżi f'waqtha tal-aġenda tagħha ta’ ħames snin u sabiex ir-rappreżentanti tagħha jikkummentaw dwar ir-riżoluzzjoni tal-KESE dwar il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2020, li ġie adottat mill-Kumitat fil-plenarja tiegħu ta’ Ottubru.