KATEGORIJA TAL-PROFESSJONIJIET LIBERI

F’Settembru 2017, il-KESE b’mod formali kkostitwixxa l-Kategorija “Professjonijiet Liberi” biex jgħaqqad b’mod ġdid il-membri tal-KESE li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet professjonali jew li huma professjonisti huma stess. Il-kategorija tinkludi membri minn Stati Membri li jkopru ż-żoni tat-tramuntana, in-nofsinhar, il-lvant u l-punent tal-Unjoni Ewropea.

Il-kategorija tiltaqa’ tliet darbiet fis-sena biex timmonitorja u tiddiskuti l-aħħar żviluppi politiċi u leġiżlattivi fil-livell Ewropew li jaffettwaw l-eżerċizzju tal-professjonijiet. Preċedentement, din l-attività kienet imwettqa mill-membri fi ħdan kategorija li kellha wkoll membri mis-setturi tal-artiġjanat u l-MSMEs. Id-deċiżjoni li tinħoloq kategorija separata għall-professjonijiet liberi hija xhieda tal-impenn lejn l-għan proprju tal-kategorija: li taċċerta li l-professjonijiet jaġixxu b’mod komuni u jiżguraw li jilħqu l-potenzjal tagħhom fl-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin. F’dan ir-rigward, il-laqgħa straordinarja tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili f’Ruma, bit-titlu "Il-professjonijiet liberi, xprun għall-iżvilupp tal-Ewropa: lejn Manifest Ewropew tal-Professjonisti" tista’ tiġi kkunsidrata bħala l-pedament għall-attività tal-kategorija u kontribut lejn il-metodu ta’ ħidma ġdid tal-pjattaformi biex jiżguraw li l-partijiet interessati Ewropej jikkontribwixxu għall-proċess.

Kull sena l-kategorija torganizza l-"Jum tal-Professjonijiet Liberi" li jiffoka fuq kwsitjonijiet li għandhom impatt partikolari fuq l-eżerċitar tal-professjonijiet, bħad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali.

Downloads

The State of Liberal Professions Concerning their Functions and Relevance to European Civil Society