Il-Kategorija għall-Ħajja fil-Komunità

This page is also available in

Il-Kategorija għall-Ħajja fil-Komunità hija magħmula minn membri ta’ organizzazzjonijiet tal-ħajja fil-komunità  fil-livell nazzjonali jew tal-UE u li jirrappreżentaw fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, NGOs u forom oħrajn ta’ organizzazzjonijiet li jippromovu l-istat tad-dritt, il-moviment liberu tal-persuni, kif ukoll il-protezzjoni tal-libertajiet ċivili u d-drittijiet tal-bniedem. Fi żmien meta l-libertà ta’ assoċjazzjoni tinsab mhedda u fejn, b’mod aktar ġenerali, l-organizzazzjonijiet tal-ħajja fil-komunità jeħtieġ jilħqu livell ogħla biex jissalvagwardjaw il-libertà u l-indipendenza tagħhom, il-membri tal-kategorija beħsiebhom li, fil-livell tal-KESE, jipproponu xi linji ta’ riflessjoni kif ukoll politiki pubbliċi bħala kontribut għal rilanċ tas-soċjetà ċivili Ewropea.It-terminu “ħajja fil-komunità” jimplika r-rwol ta’ medjatur li jaqdu l-korpi intermedjarji bejn l-individwu u l-Istat, garanti tal-interess ġenerali, u l-valuri prinċipali tar-rispett reċiproku u l-altruwiżmu, li minnhom jirriżultaw il-pluraliżmu u l-benefiċċju soċjali.

L-organizzazzjonijiet tal-ħajja fil-komunità jirriflettu d-diversità wiesgħa tal-interessi u l-identitajiet li jirriżultaw fi ħdan is-soċjetà moderna, u għandhom il-missjoni li jippruvaw joħolqu l-kundizzjonijiet għal djalogu ċivili ġenwin. Il-perspettiva ta’ rinfurzar tas-soċjetà ċivili ġġib magħha xaqq ta’ tama f’xenarju pjuttost tqil ta’ ambjent ikkaratterizzat dejjem aktar mill-intolleranza, l-inġustizzja soċjali u l-limitazzjoni tal-ispazji ċiviċi.

Il-ħidma tas-segretarjat tal-Kategorija ssir mis-segretarjat tal-Grupp Diversità Ewropa (Grupp III).