Dwar L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2020

Follow us on


It-tibdil fil-klima jinsab fuq moħħ kulħadd, u żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha qegħdin jimmobilizzaw biex isalvaw il-pjaneta. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed jingħaqad mal-moviment u qed jistaqsi lill-parteċipanti żgħażagħ tal-Ewropa Tiegħek, Leħnek liema hija l-aħjar triq ’il quddiem biex nipproteġu l-pjaneta tagħna.

L-avveniment ta’ din is-sena se jkun imitazzjoni ta’ konferenza internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima (COP).

Il-Kumitat jixtieq jisma’ l-ideat ġodda tal-istudenti dwar kif nindirizzaw il-kriżi attwali tal-klima u kif nistgħu naslu biex nilħqu l-ambizzjonijiet newtrali għall-klima tal-2050.

L-istudenti ser jintalbu jirrappreżentaw pajjiż u jinnegozjaw flimkien, sabiex ifasslu rakkomandazzjonijiet sabiex jitwaqqaf it-tibdil fil-klima.

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ser jiġu ppreżentati lil dawk li jfasslu l-politika internazzjonali dwar l-ambjent u ser jiġu diskussi f’konferenzi madwar l-Ewropa matul is-sena.

Matul l-Ewropa Tiegħek, Leħnek, l-istudenti ser jiġu wkoll f’kuntatt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali taż-żgħażagħ li ser jgħinuhom jittraduċu dawn ir-rakkomandazzjonijiet f’miżuri konkreti u jsemmgħu leħinhom.