Luis Planas, Segretarju Ġenerali tal-KESE nħatar Ministru tal-Gvern Spanjol ta' Pedro Sanchez.

6 ta' Ġunju li għadda, Luis Planas ġie msejjaħ mill-President Pedro Sanchez sabiex jagħmel parti mill-Gvern Spanjol, fil-kariga ta' Ministru tal-Agrikoltura, tas-Sajd u tal-Ikel. B'esperjenza ta' 35 sena fl- affarijiet Komunitarji, huwa wieħed mill-figuri emblematiċi de istorja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bħala bħala uffiċjal, anzjan diplomatiku tal-Kummissjoni, Membru tal-Parlament ta' Unjoni Ewropea b'saħħitha, magħquda, solidari. Għal dan l-avukat tal-kawża Ewropea, «M'hemmx alternattiva għall-UE».

Luis Planas ilu Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mill-20 ta' Jannar 2014. Huwa minn dejjem enfasizza l-importanza tal-KESE, li għalih huwa: «il-"wiċċ uman" tal-Ewropa, u forum uniku li huwa pont bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet Ewropej».

Luca Jahier, il-President tal-KESE, qal dwaru: «peress li huwa Ewropew konvint, Luis Planas se jkompli jibni Ewropa li tagħti widen lill-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini tagħha. Jiena onorat li ħdimt miegħu u konvint li l-għarfien tiegħu dwar il-funzjonament tal-Ewropa se jkun utli għal Spanja fl-Unjoni Ewropea».

Isabel Caño, Viċi President għall-Komunikazzjoni fil-KESE, hija konvinta li wara li serva bħala Segretarju Ġenerali tal-KESE, Luis Planas se jġib valur miżjud għall-proġett Ewropew, għax jaf sew l-importanza tas-soċjetà ċivili organizzata u l-kultura tad-djalogu fl-Ewropa tal-lum.

Luis Planas huwa minn Valencia, fi Spanja. Dan is-sostenitur leali tal-Ewropa ħadem b'mod attiv għall-adeżjoni ta' Spanja fl-Unjoni Ewropea, billi għamel parti mit-tim tan-negozjati. Membru tal-Kungress Spanjol, huwa kien il-kelliem għall-kwistjonijiet Ewropej u relatur għar-ratifika tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' Spanja fl-Unjoni Ewropea. Bejn l-1986 u l-1993, meta kien għadu involut fl-affarijiet Ewropej, Luis Planas ġie elett Membru tal-Parlament Ewropew, fejn kien membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Affarijiet Istituzzjonali.

Huwa mbagħad sar Kap tal-Kabinett tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Manuel Marin, u wara tal-Kummissarju Pedro Solbes. Fl-2004, inħatar bħala Ambaxxatur ta' Spanja fil-Marokk u, fl-2010, Ambaxxatur ta' Spanja u Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea.

Fl-2012, huwa nħatar Ministru Reġjonali għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ambjent f’Andalusija. Fl-2014, Luis Planas sar is-Segretarju Ġenerali tal-KESE. Huwa wkoll umanista; jifhem ħafna fil-letteratura, fil-poeżija u fil-mużika. (eh)