Ħadd ma għandu jitħalla barra mir-rivoluzzjoni diġitali

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-konferenza dwar Id-Diġitalizzazzjoni fl-Awstrija fid-19 ta’ Ġunju, organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mso-ascii-theme-font:minor-latin;mso-fareast-font-family:"Times New Roman";
mso-hansi-theme-font:minor-latin;mso-bidi-font-family:"Times New Roman";
mso-ansi-language:EN-US;mso-fareast-language:EN-US;mso-bidi-language:AR-SA">

Rappreżentanti mill-Ministeru Awstrijak tal-Affarijiet Diġitali u Ekonomiċi, il-belt ta’ Vjenna u firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-Awstrija ħadu sehem fil-konferenza. Kien hemm ukoll panel ta’ esperti żgħazagħ Awstrijaċi dwar id-diġitalizzazzjoni, li ġew minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma rappreżentati wkoll fit-tliet gruppi tal-KESE – Grupp ta’ Min Iħaddem, tal-Ħaddiema u Diversità Ewropa.

“Mhuwiex kompitu faċli biex tittratta d-diġitalizzazzjoni b’mod li s-saffi kollha tas-soċjetà jgawdu l-istess benefiċċji,” enfasizza fid-diskors tal-ftuħ tiegħu l-President tal-KESE, Luca Jahier, . "Huwa preċiżament għal din ir-raġuni li aħna fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew nippromovu l-idea ta’ "ġustizzja diġitali" – irridu li ħadd ma jitħalla barra mir-rivoluzzjoni diġitali." 

Il-konferenza dwar id-diġitalizzazzjoni seħħet wara l-laqgħa straordinarja tal-Bureau tal-KESE li saret fi Vjenna. Is-suġġett tal-konferenza huwa konformi mal-prijoritajiet tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li se tibda fl-1 ta’ Lulju 2018. (sg)