Bio

This page is also available in

rEUnaissance - Il-Kuraġġ għal Ewropa Sostenibbli

Luca Jahier ġie elett bħala President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fit-18 ta’ April 2018 għal perijodu ta’ sentejn u nofs, sa Ottubru 2020. Huwa ilu membru tal-Kumitat sa mill-2002. Fi ħdan il-KESE, huwa ħadem b’mod estensiv fuq il-politiki soċjali u dawk ta’ koeżjoni tal-UE kif ukoll fuq materji internazzjonali.

F’Settembru 2004, huwa ġie elett Viċi President tas-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza tal-KESE.

F’Ottubru 2006, huwa ġie elett Viċi President tal-Grupp III, membru tal-Bureau tal-Kumitat għal sentejn u membru tal-Kumitati Konsultattivi Konġunti UE-Turkija, UE-Kroazja.

Minn Ottubru 2008 sal-2010, kien President tal-Kumitat ta' Segwitu UE-AKP u president tal-Grupp Permanenti dwar l-Immigrazzjoni u l-Integrazzjoni.

F’Ottubru 2011, ġie elett President tal-Grupp III tal-KESE, u reġa’ ġie elett f’Jannar 2013 u f’Ottubru 2015. F’din il-kapaċità, huwa kien membru tal-Bureau tal-KESE. Matul tliet mandati bħala president, il-Grupp III wettaq disa’ studji, u organizza 42 konferenza fi 17-il pajjiż tal-UE bil-parteċipazzjoni ta’ eluf ta’ persuni u għadd kbir ta’ laqgħat mal-organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili.

Huwa ġie nnominat b’mod unanimu mill-Grupp III għall-kariga ta’ President tal-KESE.

Fil-KESE, is-Sur Jahier kien relatur għal ħafna Opinjonijiet bħal Ir-rwol u l-perspettivi tal-ekonomija soċjali tal-Afrika, L-UE, l-Afrika u ċ-Ċina: Lejn djalogu u kooperazzjoni trilaterali, Artikolu 11(1) u (2) tat-Trattat ta’ Lisbona, Għal dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea, Lejn Strateġija tal-UE dwar ir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali u It-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona .

Pożizzjonijiet rilevanti oħrajn:

  • President tal-kunsill nazzjonali ACLI, Assoċjazzjonijiet Kristjani ta' Ħaddiema Taljani, li jippromovu l-impjieg u l-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja soċjali, permezz tan-netwerks tagħhom ta’ fergħat lokali, servizzi, intrapriżi u proġetti ad-hoc (2008 - 2012)
  • Membru fundatur għall-Forum tat-Tielet Settur Taljan
  • President tal-FOCSIV, il-federazzjoni tal-NGOs tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (1994–2000)
  • Attiv fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali, l-ewwel maċ-CISV (Comunità Impegno Servizio Volontariato, organizzazzjoni Taljana tas-servizz volontarju) f’Turin u mbagħad ma’ netwerks u assoċjazzjonijiet ta’ NGOs nazzjonali u Ewropej (1980–2000)
  • Ġurnalist, analist politiku internazzjonali

Espert fil-qasam tal-assoċjazzjonijiet għall-avvanz soċjali u t-tielet settur, responsabbli għal programmi ta’ żvilupp fl-Afrika u postijiet oħrajn

Downloads

Luca Jahier - Curriculum vitae

Luca Jahier - Declaration of interests