You are here

Tibdil fil-klima

L-adozzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima tikkaratterizza era ġdida ta’ kooperazzjoni globali biex id-dinja tkun tista’ tindirizza l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għal dan it-tibdil bil-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tibqa’ taħt iż-2 °C. Fil-qasam tal-klima, il-KESE huwa attiv ħafna fl-appoġġ tiegħu għall-Ftehim ta’ Pariġi, u jorganizza laqgħat biex iħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili. Il-KESE jipproduċi Opinjonijiet li jkopru firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet bħall-ġustizzja klimatika, tranżizzjoni ġusta għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u l-ħtieġa għall-kooperazzjoni bejn diversi partijiet interessati u f’diversi livelli b’rabta mal-governanza klimatika. Il-KESE jieħu sehem fil-Konferenzi tal-Partijiet tal-UNFCCC li jsiru kull sena, u f’summits tas-soċjetà ċivili orjentati lejn il-klima li jlaqqgħu flimkien atturi mhux statali.