You are here

Kategorija tal-SMEs, il-Professjonijiet Liberali u l-Artiġjanat

Il-Kategorija tal-SMEs, il-Professjonijiet Liberali u l-Artiġjanat kategorija bħalissa hija magħmula minn 42 membru tal-Kumitat, li 13 minnhom jappartjenu għall-Grupp ta’ Interessi Varji, u 29 għall-Grupp ta’ Min Iħaddem. L-għan tagħha hu li tiddiskuti l-leġislazzjoni Komunitarja jew l-evoluzzjoni ġenerali marbuta mill-qrib maż-żewġ setturi soċjoekonomiċi, u li tipproponi proposti lill-KESE li jippermettulha torganizza aħjar l-azzjonijiet futuri tagħha.

L-interessi li tħaddan il-kategorija huma partikolarment importanti għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej. B’hekk, l-SMEs huma rikonoxxuti bħala s-“sinsla” tal-ekonomija Ewropea, peress li huma l-ġeneraturi prinċipali tat-tkabbir u l-impjiegi, u huma wkoll l-ixpruni għall-innovazzjoni.

Fl-istess ħin, iċ-ċokon tagħhom jagħmilhom aktar vulnerabbli minn negozji ikbar fil-konfront ta’ leġislazzjoni eċċessiva, mhux meħtieġa jew kumplessa żżejjed, u l-kategorija għalhekk taħdem biex tiżgura li dawk li jfasslu l-politiki jkunu konxji tal-ħtieġa li titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-SMEs. Il-professjonijiet liberali huma ta’ importanza ekonomika u soċjali simili, li jħaddnu aktar minn sitt miljun individwu bi kwalifiki għoljin u joħolqu impjieg għal ’il fuq minn 14 miljun ruħ fl-UE.

Il-professjonijiet qed jadattaw ruħhom b’mod kostanti għal suq dejjem aktar kompetittiv, filwaqt li jżommu l-impenn tagħhom għal taħriġ tul il-ħajja u l-kodiċijiet ta’ kondotta mfassla biex jipproteġu u jiggarantixxu d-drittijiet taċ-ċittadini fi Stat demokratiku.

Il-kategorija ħatret il-membru Grieg Panagiotis Gkofas bħala kelliem għall-SMEs u l-Artiġjanat, u l-membru Ġermaniż Arno Metzler bħala kelliem għall-Professjonijiet Liberali.

Is-segretarjat tal-kategorija huwa pprovdut mill-Grupp ta’ Interessi Varji.

Downloads

CV of Spokesperson Mr Panagiotis GKOFAS (EN uniquement)

The State of Liberal Professions Concerning their Functions and Relevance to European Civil Society

CV of Arno Metzler

Activity Report - 2014