You are here

Gonçalo Lobo Xavier – Viċi President responsabbli għall-Komunikazzjoni

  • Konsulent għall-Bord Maniġerjali tal-AIMMAP (Assoċjazzjoni tal-Kumpaniji Portugiżi Metallurġiċi, dawk tal-Inġinerija Mekkanika u Kumpaniji Industrijali Simili), l-ikbar settur industrijali fil-Portugall; responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali u l-komunikazzjoni sa mill-2013
  • Delegat nazzjonali għall-innovazzjoni fl-SMEs u għall-finanzjament ta’ riskju għall-programm Orizzont 2020, sa minn Frar 2013
  • Membru nominat mis-CIP (il-Konfederazzjoni tal-Industrija Portugiża) għall-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni teknoloġika tal-BUSINESSEUROPE sa mill-2007
  • Membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem fi ħdan il-KESE sa mill-2011, maħtur mis-CIP (il-Konfederazzjoni tal-Industrija Portugiża), b’enfasi fuq l-impjieg, l-affarijiet soċjali, is-suq uniku, l-affarijiet industrijali, ir-riċerka u l-iżvilupp, u kwistjonijiet ta’ innovazzjoni
  • Direttur Eżekuttiv ta’ RECET (in-Netwerk Portugiż taċ-Ċentri Teknoloġiċi), fejn iġġestixxa r-riċerka u l-iżvilupp u proġetti internazzjonali ma’ msieħba prinċipalment minn Spanja, Franza u Stati Membri oħra tal-UE, mill-2002 sal-2012
  • Viċi President tal-Kumitat ta’ Tmexxija Ewropa 2020 fi ħdan il-KESE, mill-2013 sal-2015
  • Viċi President fi ħdan il-KESE responsabbli għall-Komunikazzjoni mill-2015 sal-2018

Fil-KESE, is-Sur Lobo Xavier kien relatur għal bosta Opinjonijiet, bħalma huma l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015, il-bidliet industrijali fis-settur Ewropew tal-imballaġġ, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020, u Niftħu l-edukazzjoni.