You are here

Michael Smyth – Viċi President responsabbli għall-Baġit

  • Riċerkatur fiċ-Ċentru għat-Tbassir Ekonomiku tal-London Business School mill-1986 sal-1987
  • Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi tal-Konfederazzjoni tal-Industrija Brittanika tal-Irlanda ta’ Fuq sa mill-1990, membru tal-Kumitat għall-Istrateġija Ekonomika tal-Istitut tad-Diretturi tal-Irlanda ta’ Fuq sa mill-1998
  • Membru tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ għas-Sottoprogramm tal-Enerġija tal-Fondi Strutturali tal-Irlanda ta’ Fuq mill-1994 sal-1999, Konsulent Speċjali għall-Kumitat għall-Intrapriża u t-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Parlament Skoċċiż mill-2002 sal-2004, Konsulent Ekonomiku għas-Sottogrupp tal-Programm għall-Kumitat tal-Gvern tal-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq mill-2006 sal-2007
  • Kap tal-Iskola tal-Ekonomija fl-Università ta’ Ulster f’Jordanstown, l-Irlanda ta’ Fuq mill-2008 sal-2013
  • Konsulent għal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Qafas ta’ Appoġġ Komunitarju għall-Irlanda ta’ Fuq, għall-Kunsill Distrettwali ta’ Armagh, għall-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq, għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Viċi Prim Ministru u għall-Oireachtas
  • President tal-Assoċjazzjoni tad-Djar ta’ Habinteg, provveditur kbir ta’ akkomodazzjoni soċjali fl-Irlanda ta’ Fuq
  • Membru tal-Grupp ta’ Interessi Varji tal-KESE minn Ottubru 2006 ’l hawn u President tas-Sezzjoni ECO tal-KESE mill-2010 sal-2013
  • Viċi President tal-KESE responsabbli għall-Baġit mill-2015 sal-2018

Fil-KESE, is-Sur Smyth kien relatur għal opinjonijiet bħalma huma Pjan ta’ investiment għall-Ewropa, Il-Finanzjament fit-Tul tal-Ekonomija Ewropea, u L-involviment fit-tul tal-azzjonisti.