You are here

Georges Dassis – President tal-KESE

Għal Ewropa magħquda, demokratika, ibbażata fuq is-solidarjetà, paċifika u prospera, u qrib taċ-ċittadini tagħha

  • Attivist trejdjunjonist fil-Greċja minn mindu kellu 15-il sena
  • Attivist kontra l-iskema tal-kulunnelli fil-Greċja (1967-1974)
  • Membru permanenti tal-persunal nazzjonali tal-Federazzjoni Ġenerali Belġjana tax-Xogħol (FGTB) mill-1976 sal-1980
  • Mill-1981 ’l hawn, rappreżentant tal-Konfederazzjoni Ġenerali Griega tax-Xogħol (GSEE) fil-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU), fil-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Internazzjonali (ITUC, preċedentement ICFTU) u l-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol (ILO)
  • Mill-1982 ’l hawn, membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-KETU
  • Membru tal-KESE mill-1981 sal-1990 u mill-2002 ’l hawn
  • President tas-sezzjoni reġjonali tal-KESE mill-1986 sal-1990
  • Membru fondatur tal-Istitut tax-Xogħol tal-GSEE (1990) u segretarju għar-relazzjonijiet internazzjonali
  • President tas-Sezzjoni ECO tal-KESE mill-2004 sal-2008
  • President tal-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE mill-2008 sal-2015
  • President tal-KESE mill-2015 sal-2018

Fil-KESE, Georges Dassis kien relatur għal Opinjonijiet bħal dawk dwar l-introjtu minimu Ewropew, id-djalogu soċjali fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-prezz tan-non-Ewropa.

Downloads

For a united, democratic, solidarity-based, peaceful and prosperous Europe close to its people. Guidelines for European Union policies by President Georges Dassis